Ir-4 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd matul is-sena - Sena Ċ

F'ĠESÙ HEMM XI ĦAĠA SPEĊJALI
«Kollox jidra dak il-beżżiegħ li hu l-bniedem.» Ma nafx jekk kienx qed jaħseb ukoll fl-infinit Dostoevskij meta kiteb dan. Hi ħaġa tal-biża’: ma tintebaħx aktar bil-Ġmiel, ma tħossokx titqanqal quddiem id-dija tal-Veru, ma tħossx aktar is-setgħa tal-Ġid. Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: «Dan mhuwiex bin Ġużeppi?» X’paradoss tal-biża’ hemm f’dal-vers tal-Vanġelu! Minn naħa hemm l-istagħġib, hemm l-għarfien. F’Ġesù hemm xi ħaġa speċjali. Kliemu għandu setgħa waħdanija. Iżda flok jistaqsu lilhom infushom, flok jagħmlu eżami tal-kuxjenza, flok jinfetħu għall-grazzja, jistkennu f’dak li diġà hu magħruf. U dak li jqisuh ġa magħruf jifgalhom l-għarfien u ma jħallihomx jiltaqgħu. Ejja, Mulej, biex issaffili qalbi mid-drawwiet il-qodma, ejja u erġa’ qajjimli l-għatx taż-żgħożija u l-istagħġib tat-tfulija biex int, sieħeb qalbi, tkun dejjem mismugħ u milqugħ bħala s-sultan waħdieni ta’ ħajti.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content