Go to content

Ir-4 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ir-4 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Sofonija (2: 3; 3: 12-13)

Fittxu lill-Mulej ilkoll, intom, l-umli tal-art, li tagħmlu ordnijietu, fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umiltà; biex forsi f’jum il-korla tal-Mulej ikollkom fejn tistkennu.
«U nħalli f’nofsok poplu umli u mċekken.»
U f’isem il-Mulej ifittxu l-kenn dawk li jifdal minn Israel. Ma jagħmlux ħażen, ma jgħidux kliem b’ieħor, u lsien qarrieq ma jibqax iżjed f’fommhom, hekk li joqogħdu jirgħu u jistrieħu bla ma jbeżżagħhom ħadd.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 2 ta’ Frar: Il-Preżentazzjoni tal-Mulej (F). Qari: Malakija 3:1-4; Salm 23:7-10; Luqa 2:22-40.
It-Tlieta 3 ta’ Frar: Ferja / San Bjaġju, isqof u martri (T) / San Oskar Ansgarju, isqof (T). Qari: 2 Samwel 18:9-10.14b.21a.24-25a.30-19,3; Salm 85:1-6; Mark 5:21-43.
L-Erbgħa 4 ta’ Frar: Ferja. Qari: 2 Samwel 24:2.9-17; Salm 31:1-2.5-7; Mark 6:1-6.
Il-Ħamis 5 ta’ Frar: Sant’Agata, verġni u martri (TO). Qari: 2 Slaten 2:1-4.10-12; Salm 1 Kronaki 29:10.11ab.11d-12a.12bċd; Mark 6:7-13.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Frar: San Pawl Miki u sħabu, martri (TO). Qari: Bin Sirak 47:2-13; Salm 17:31.47.50.51; Mark 6:14-29.
Is-Sibt 7 ta’ Frar: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja / Djoċesi ta’ Għawdex Beatu Piju IX¸ papa u fundatur tad-djoċesi (T). Qari: 1 Slaten 3:4-13; Salm 118:9-14; Mark 6:30-34.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content