Go to content

Ir-4 Ħadd Avvent - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ir-4 Ħadd tal-Avvent - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mit-Tieni Ktieb ta’ Samwel (7:1-5.8b-12.14a.16)

Meta s-Sultan David mar joqgħod f’daru, u l-Mulej serrħu mill-għedewwa kollha ta’ madwaru, is-sultan qal lil Natan il-profeta: «Issa, ara jien qiegħed f’dar taċ-ċedru, u l-arka ta’ Alla qiegħda f’nofs ta’ tinda!» U qal Natan lis-sultan: «Kulma għandek fi ħsiebek li tagħmel, mur agħmlu, għax il-Mulej miegħek.» Imma dak il-lejl stess ġiet il-kelma tal-Mulej lil Natan u qallu: «Mur għid lill-qaddej tiegħi David: “Dan jgħid il-Mulej: Sa tibnili int dar biex noqgħod fiha? Ara, jiena ħadtek mill-mergħat minn wara l-imrieħel biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Israel. Dejjem kont miegħek f’kulma kont tidħol għalih; u meta int qridt l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek. Issa jiena nibnilek isem kbir jixbah l-ismijiet il-kbar li hawn fid-dinja. Nagħmel post għall-poplu tiegħi Israel, u nqiegħdu hemm fejn jgħammar bla biża’, u ma jgħakksuhx iżjed il-ħżiena bħalma għamlu sa minn dejjem, jiġifieri sa minn meta qajjimt l-imħallfin fuq il-poplu tiegħi Israel; u nserrħek mill-għedewwa tiegħek kollha.
Lilek imbagħad il-Mulej jagħtik kelma li jibnilek dar. U meta inti ttemm żmienek, u tkun striħajt ma’ missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, nisel ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek, u nsaħħaħ is-saltna tiegħu. Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben. Il-familja tiegħek u s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiemi. It-tron tiegħek jibqa’ sħiħ għal dejjem.”»
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 25 ta’ Diċembru: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu (S). Quddiesa ta’ Nofsillejl: Qari: Isaija 9:1-6; Salm 95:1-2a.2b-3.11-12.13; Titu 2:11-14; Luqa 21-14. Quddiesa tas-Sebħ: Qari: Isaija 62:11-12; Salm 96:1.6.11-12; Titu 3:4-7; Luqa 2:15-20. Quddiesa ta’ Binhar: Qari: Isaija 52:7-10; Salm 97;1-6; Lhud 1:1-6; Ġwanni 1:1-18; (Ġw 1, 1-5.9-14).
It-Tlieta 26 ta’ Diċembru: San Stiefnu, protomartri (F). Qari: Atti 6:8-10; 7:54-59; Salm 30:3cd-4.6ab.7b.8a.16; Mattew 10:17-22.
L-Erbgħa 27 ta’ Diċembru: San Ġwann, appostlu u evanġelista (F). Qari: 1 Ġwanni 1:1-4; Salm 96:1-2.5-6.11-12; Ġwanni 20:2-8.
Il-Ħamis 28 ta’ Diċembru: Il-Qaddisin Innoċenti Martri (F). Qari: 1 Ġwanni 1:5 – 2:2; Salm 123:2-5.7b-8; Mattew 2:13-18.
Il-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru: Il-ħames jum fost l-Ottava tal-Milied / San Tumas Becket, isqof u martri (TL). Qari: 1 Ġwanni 2:3-11; Salm 95:1-2a.2b-3.5b-6; Luqa 2:22-35.
Is-Sibt 30 ta’ Diċembru: Is-sitt jum fost l-Ottava tal-Milied. Qari: 1 Ġwanni 2:12-17; Salm 95:7-8a.8b-9.10; Luqa 2:36-40.

S = Solennità; F = Festa; TL = Tifkira Limitata
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata..




ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content