Ir-4 Ħadd tal-Avvent - Sena B
IS-SEJĦA
Jitqarraq min jaħseb li dak li ġara f’ġisem Marija ma jistax jiġri wkoll spiritwalment, jew konkretament, f’kull wieħed minna. Din tkun ħrafa marbuta biss mal-imgħoddi mbiegħed li ma titkellimx dwar Kristu Preżenti li «hu l-istess ilbieraħ, illum u dejjem». It-tħabbira lil Marija hi l-mudell ta’ kull sejħa. Hi l-post fejn trid tasal kull eżistenza umana. Kull ħliqa umana hija msejħa biex tiled lil Alla. Kull “sejħa” oħra tiġi taħt din is-sejħa tal-bidu. Fl-istess ħin, kull sejħa oħra “taħdem” b’risq dik. Trid tkun taf x’għandek tagħmel fil-ħajja? – staqsi lilek innifsek: «Kif u fejn nista’ niled lil Kristu f’ħajti?» Hemm, sewwasew f’dak l-ispazju għammiel bejn sema u art, lissen il-kunsens tiegħek. Jidher għoli wisq il-post fejn trid tasal? Din tidher proposta tal-ġenn? Ftakar li biex tgħix is-sejħa marjana tal-umanità u ta’ kull bniedem, jeħtieġlek titgħallem il-lezzjoni ta’ Marija: xejn mhu impossibbli għal Alla.