Go to content

Il-Milied - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-Twelid ta' Sidna Ġesù
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (52: 7-10)

Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji r-riġlejn ta’ min iħabbar il-bxara, ta’ min ixandar is-sliem, ta’ min iħabbar ir-risq, ta’ min ixandar is-salvazzjoni, u jgħid lil Sijon: “Alla tiegħek isaltan.”
Ismagħha l-għajta! L-għassiesa tiegħek għollew leħenhom, ilkoll flimkien jgħajtu bil-ferħ, għax raw b’għajnejhom lill-Mulej rieġa’ lura f’Sijon. Intom, ħerbiet ta’ Ġerusalemm, għajtu lkoll bil-ferħ, għax farraġ il-Mulej il-poplu tiegħu, feda lil Ġerusalemm. Kixef il-Mulej id-driegħ tiegħu qaddis, quddiem il-ġnus kollha, u raw it-truf kollha tal-art is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.

IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
- TEST -
IT-TWELID .... ALLA JINSAB HAWN

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content