It-Twelid ta' Sidna Ġesù Kristu B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Twelid ta Sidna Ġesù Kristu B
L-IMĦABBA TA' ALLA LI NGĦATAT GĦAL DEJJEM
«Wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.» Dak li jgħix għal dejjem fi ħdan il-Missier ma sabx fejn jgħammar fuq l-art, ħlief fil-kunsens li tat tfajla żagħżugħa u fl-għarus tagħha. Dak li ħalaq kollox ma kiseb xejn mill-ħolqien jekk mhux il-fsieqi tal-Verġni u l-maxtura tal-bhejjem. B’danakollu, Alla ma rtirax l-għotja tiegħu tal-imħabba. Alla ma jiħux għalih u jerġa’ lura. L-imħabba ngħatat, darba għal dejjem. F’dak ix-xaqq żgħir u kbir fir-rieda umana, id-dawl tal-eternità daħal fid-dlam ta’ lejl fl-istorja u fil-lejl tal-istorja  tibda storja li tasal sa għandi u sa għandek. Storja ta’ mħabba li titlob il-kunsens tagħna, il-fsieqi tagħna, il-maxturi tagħna, is-sempliċità ta’ ragħaj li ma jibżax, iżda li għandu widnet qalbu wieqfa biex tisma’ l-għana tal-anġli u biex tilqa’ l-wegħdiet ta’ Alla li jitwettqu f’dawk kollha li jingħaqdu mal-kunsens ta’ Marija u Ġużeppi.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content