Go to content

Il-5 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-5 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (6:1-2a.3-8)

Fis-sena li fiha miet is-sultan Għużżija, jien rajt lil Sidi bilqiegħda fuq tron għoli merfugħ ’il fuq; djul il-libsa tiegħu kienu jimlew it-tempju. ’Il fuq minnu kien hemm serafini, li kienu jgħajtu u jwieġbu lil xulxin: «Qaddis, qaddis, qaddis hu l-Mulej tal-eżerċti! L-art kollha mimlija bil-glorja tiegħu.»
Bl-għajjat tagħhom is-sisien tal-għetiebi theżżu, u t-tempju mtela bid-duħħan. Imbagħad jiena għedt: «Jaħasra għalija! Mitluf jien! Bniedem b’xufftejh imniġġsa jien! U f’nofs poplu b’xufftejh imniġġsa ngħammar; madankollu rajt b’għajnejja lis-Sultan, il-Mulej tal-eżerċti.»
Wieħed mis-serafini ttajjar lejja, b’ġamra nar f’idu, li hu kien qabad bi mqass minn fuq l-altar, u messli fommi biha u qalli: «Ara, din messitlek xufftejk: ħżunitek għebet, u dnubek inħafer.»
Imbagħad smajt leħen Sidi jgħid: «Lil min sa nibgħat? Min sa jmurilna?» U jien weġibt: «Hawn jien: ibgħat lili!»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 10 ta’ Frar: Missierna San Pawl, Appostlu ta’ Malta (S). Qari: Għerf 14:3-7; Salm 106:21-31; Atti 27:16-28 jew 2 Korintin 11:18.24-31; Mark 16:15-20.
It-Tlieta 11 ta’ Frar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Lourdes (T). Qari: Ġenesi 1:20-2:4a; Salm 8:4-5.6-7.8-9; Mark 7:1-13.
L-Erbgħa 12 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġenesi 2:4b-9.15-17; Salm 103:1-2a.27-28.29bċ-30; Mark 7:14-23.
Il-Ħamis 13 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġenesi 2:18-25; Salm 127:1-2.3.4-5; Mark 7:24-30.
Il-Ġimgħa 14 ta’ Frar: San Ċirillu, raħeb, u San Metodju, isqof, Patruni tal-Ewropa (F). Qari: Atti 13:46-49; Salm 116:1-2; Luqa 10:1-9.
Is-Sibt 15 ta’ Frar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġenesi 3:9-24; Salm 89:2.3-4.5-6.12.13; Mark 8:1-10.

S = Solennità; F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content