Il-5 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd matul is-sena Ċ

SAJJIEDA TAL-BNEDMIN
 
Biex jgħallem lin-nies Ġesù tela’ fuq id-dgħajsa ta’ Xmun Pietru. Talbu jaqla’ ftit ’il barra, jiġifieri jinqata’ mill-art. Min jgħallem lin-nies biex jurihom it-triq ta’ Alla jrid jinqata’ mill-interessi tad-dinja. Dan ma kienx biżżejjed, iżda kif temm dak li kellu jgħid, Ġesù talab ’il Xmun jaqdef fil-fond u jixħet ix-xbiek għas-sajd. Hawn għandna mastrudaxxa jgħallem lil sajjied jistad! Qed taraw kif jaħdem Alla? Ninnutaw il-fiduċja ta’ Xmun f’Ġesù: “La qiegħed tgħid int, ħa nkala x-xbiek.” U s-sajda kienet kotrana, minn dawk il-kbar nett. Nerġgħu ninnutaw l-umiltà ta’ Pietru: “Tbiegħed minni, Mulej, għax jiena midneb.” Imma dak hu s-sigriet ta’ Ġesù: li l-Knisja tiegħu jmexxuha nies midinbin u dgħajfa, għax fl-aħħar mill-aħħar il-veru kaptan u mexxej huwa hu. L-oħrajn imexxu, imma kif irid hu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content