IL-5 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Ġob (7:1-4. 6-7)
Ġob tkellem u qal: «Ħajjet il-bniedem mhix forsi xogħol bilfors fuq l-art? U għomru mhux bħal jiem il-ħaddiem mikri? Bħalma lsir jixxennaq għad-dell, u bħalma l-mikri jistenna l-ħlas, hekk xhur fiergħa kienu sehmi, u ljieli dwejjaq messew lili. Jekk nimtedd, ngħid: “Meta se nqum?” u meta nqum, ngħid: “Meta sa jidlam?” u hekk nixba’ nhewden sa ma jidlam. Eħfef minn mekkuk għaddew jiemi, u bla tama ntemmu. Ftakar li ħajti buffura riħ, u għajnejja ma jerġgħux jaraw ir-risq.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 5 ta’ Frar: Sant’Agata, verġni u martri (TO). Qari: 1 Slaten 8:1-7.9-13; Salm 131:6-7.8-10; Galatin 4, 4-7; Mark 6:53-56.
■ It-Tlieta 6 ta’ Frar: San Pawl Miki u sħabu, martri (TO). Qari: 1 Slaten 8:22-23.27-30; Salm 83:3.4.5 u 10.11; Mark 7:1-13.
■ L-Erbgħa 7 ta’ Frar: Ferja. Qari: 1 Slaten 10:1-10; Salm 36:5-6.30-31.39-40; Mark 7:14-23.
■ Il-Ħamis 8 ta’ Frar: Ferja / San Ġirolmu Emiliani, presbiteru u reliġjuż (T) / Santa Ġużeppina Bakhita, verġni (T). Qari: 1 Slaten 11:4-13; Salm 105:3-4.35-36.37 u 40; Mark 7:24-30.
■ Il-Ġimgħa 9 ta’ Frar: Santa Skolastika, verġni (TO). Qari: 1 Slaten 11:29-32; 12, 19; Salm 80:10-11ab.12-13.14-15; Mark 7:31-37.
■ Is-Sibt 10 ta’ Frar: L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta (S). Qari: Għerf 14:3-7; Salm 106:21-31; Atti 27:16 – 28:10 jew 2 Korintin 11:18.24-31; Mark 16:15-20.
S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.