Il-5 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd matul is-sena B

IĊ-ĊENTRU TA' ĦAJJITNA
Waħda mill-funzjonijiet tat-talb hi li ‘jqiegħed fiċ-ċentru’. Jiġifieri jqiegħed fiċ-ċentru l-eżistenza, jerġa’ jsib il-bilanċ, il-punt fokali, jerġa’ jġib kollox fl-ogħla tifsira tiegħu. Minn dan il-lat, Ġesù hu l-aqwa Mgħallem tat-talb. Ġesù, bħala Iben, jgħix l-eżistenza umana tiegħu ċċentrata madwar il-Missier. L-istess ħobż tiegħu hu li jagħmel ir-rieda tal-Missier. «L-għada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob.» L-opra tal-imħabba ma tbegħdux mill-Imħabba. Il-kliem dwar il-Missier ma jbegħdux mill-kliem li jgħid lill-Missier. Ir-rieda tal-Missier li jkun fid-dinja ma tbegħdux milli jkun fil-Missier. Mgħallem, għallimna niċċentraw l-eżistenza tagħna bħalek. Agħmel li nimxu warajk f’kollox biex ningħaqdu flimkien miegħek mal-Missier. Imliena bl-Ispirtu tiegħek biex ngħixu l-istess ħajja li tgħixu int u l-Missier, l-Ispirtu tal-Imħabba li ġa minn din il-ħajja “jiċċentrana” f’Alla.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content