Il-31 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Malakija (1: 14b — 2: 2b.8-10)
Jien Sultan kbir – jgħid il-Mulej tal-eżerċti – u ismi ta’ min jibża’ minnu fost il-ġnus.
U issa għalikom, qassisin, huwa dan il-kmandament: Jekk intom ma tisimgħux u jekk ma tfittxux minn qalbkom li ssebbħu lil ismi, jgħid il-Mulej tal-eżerċti, jiena nibgħat fuqkom is-saħta, u nisħet il-barkiet tagħkom.
Intom twarrabtu mit-triq, ġagħaltu ’l ħafna jitfixklu bit-tagħlim tagħkom; ħassartu l-patt ta’ Levi, jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
Għalhekk jien ukoll tlaqtkom għaż-żebliħ u għat-tmaqdir tal-poplu kollu, bħalma intom ma żammejtux triqati, u ħaristu lejn l-uċuħ fit-tagħlim tagħkom.
Mhux Missier wieħed għandna lkoll kemm aħna? Mhux Alla wieħed ħalaqna? Mela għaliex nimxu bil-qerq bejnietna u nonqsu mill-ġieħ lejn il-patt ta’ missirijietna?
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 6 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Rumani 11:29-36; Salm 68:30-31.33-34.36-37; Luqa 14:12-14.
■ It-Tlieta 7 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Rumani 12:5-16a; Salm 130:1.2.3; Luqa 14:15-24.
■ L-Erbgħa 8 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Rumani 13:8-10; Salm 111:1-2.4-5.9; Luqa 14:25-33.
■ Il-Ħamis 9 ta’ Novembru: Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran (F). Qari: Eżekjel 47:1-2.8-9.12; jew 1 Korintin 3:9b-11.16-17; Salm 45:2-3.5-6.8-9; Ġwanni 2:13-23.
■ Il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru: San Iljun il-Kbir, papa u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Rumani 15:14-21; Salm 97:1.2-3ab.3bċ-4; Luqa 16:1-8.
■ Is-Sibt 11 ta’ Novembru: San Martin ta’ Tours, isqof (TO). Qari: Rumani 16:3-9.16.22-27; Salm 144:2-3.4-5.10; Luqa 16:9-15.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.