Go to content

Il-31 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IL-31 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju (6:2-6)

Mosè kellem lill-poplu u qal: «Ibża’ mill-Mulej, Alla tiegħek, billi int, ibnek u bin ibnek, tħarsu dejjem il-liġijiet u l-kmandamenti kollha tiegħu, li jien qiegħed nagħtik, biex ikollok għomor twil.
Isma’, o Israel, u ħu ħsieb agħmilhom, biex ikollok il-ġid u toktor ħafna, bħalma wiegħed il-Mulej, Alla ta’ missirijietek, li jagħtik art tnixxi ħalib u għasel.
Isma’, o Israel: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu. Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha. Żomm f’qalbek dan il-kliem u dawn il-kmandamenti li qiegħed nagħtik illum.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
LABRANZETTA MA’ ALLA
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju.
It-Tnejn 4 ta’ Novembru: San Karlu Borromeo, isqof (TO). Qari: Filippin 2:1-4; Salm 130:1-3; Luqa 14:12-14.
It-Tlieta 5 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Filippin 2:5-11; Salm 21:26-28.30-32; Luqa 14:15-24.
L-Erbgħa 6 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Filippin 2:12-18; Salm 26:1.4.13-14; Luqa 14:25-33.
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Filippin 3:3-8a; Salm 104:2-7; Luqa 15:1-10.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Filippin 3:17 – 4:1; Salm 121:1-5; Luqa 16:1-8.   
Is-Sibt 9 ta’ Novembru: Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran (F). Qari: Eżekjel 47:1-2.8-9.12; 1 Korintin 3:9b-11.16-17; Salm 45:2-3.5-6.8-9; Ġwanni 2:13-23.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content