Il-31 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-31 Ħadd matul is-sena B

ID-DLAM U D-DAWL

Għall-mistoqsija tal-kittieb (it-teologu ta’ dak iż-żmien): “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”, Ġesù bi qbil mat-tradizzjoni u mal-Iskrittura wieġeb li hu dak tal-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu. Dik tal-kittieb ma kinitx mistoqsija vojta, għax dak iż-żmien kienet għaddejja polemika fost l-istudjużi tal-Bibbja u tat-tradizzjoni dwar liema kmandament fost ’il fuq minn 600 li kienu żdiedu permezz tal-liġi orali flimkien mal-għaxar kelmiet li Alla kien ta lil Mosè, kien l-ewwel wieħed. Min jgħid ħaġa u min jgħid oħra. Dak il-kittieb xtaq jisma’ l-fehma ta’ Ġesù. U Ġesù kkwotalu d-Dewteronomju 6:4-5, fejn hemm is-sintesi tal-għaxar kmandamenti: “Isma’ Israel... int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha... u t-tieni hu dan: ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Il-kittieb ma setax ma jaqbilx ma’ din it-tweġiba, għax ittieħdet direttament mill-Iskrittura li hi l-Kelma ta’ Alla. It-tweġiba ta’ Ġesù turi ċar u tond li min jgħid li jħobb lil Alla u jobgħod lil ħuh, dan hu giddieb. “Għax min ma jħobbx lil ħuh li jara, kif jista’ jħobb lil Alla li hu qatt ma rah?” (1 Ġw 4:20).
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content