Il-31 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-31 Ħadd matul is-sena B

L-IMĦABBA HI L-GĦAQDA BEJN ALLA U BNIEDEM
Iċ-ċentralità tal-fidi: l-imħabba. Dik li tagħmel il-bniedem hieni hija l-imħabba. U x’inhi l-imħabba? Naħseb li hi biss «għaqda» ma’ xi ħadd, iżżommu ġo fik. Jikteb Angelo Casati: «jekk wieħed iħobb, hu bħallikieku l-ieħor jgħammar fih.» Nistgħu llissnu llum x’inhi l-imħabba aħna u nixħtu d-dawl fuq il-ġmiel tax-xewqa li nagħmlu lil xi ħadd kuntent, inlibbsuh bil-ġid, dak il-ġid li jmur lil hinn minna nfusna biex nilħqu lill-oħrajn. Donnu li għal Ġesù fiċ-ċentru tal-fidi hemm dan in-nar li jaħraq iżda ma jikkunsmax. Il-punt iżda hu wkoll li nistaqsu: kif inħobbu? Tħobb b’qalbek kollha, bis-saħħa tas-sentiment, bix-xewqa, bir-rieda, bid-dehen; tħobb bil-qawwa tiegħek kollha, bl-enerġija kollha biex il-bniedem ikun hieni. Iżda nħobbu xiex? Inħobbu lill-Imħabba nfisha, Alla. Inħobbu l-Imħabba jfisser nidħlu fil-għajn tal-eżistenza, inħobbu l-ħajja, ngħixu fil-qalba tal-kumpassjoni, tal-maħfra, tal-ġmiel, tal-poeżija, tal-armonija mal-ħolqien kollu. Ġesù ma jżid xejn mal-liġi l-qadima, iżda n-novità tiegħu qiegħda fil-fatt li l-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu iffurmaw qalb waħda. L-imħabba mela hija l-għajxien bi ħlewwa u passjoni profonda, f’għaqda ma’ Alla u mal-bniedem ta’ ġo fik.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content