Go to content

Il-21 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IL-21 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb ta’ Ġożwè (24:1-2A.15-17.18b)

F’dak iż-żmien: Ġożwè ġema’ t-tribujiet kollha ta’ Israel f’Sikem u sejjaħ lix-xjuħ, lill-kapijiet, lill-imħallfin, lill-uffiċjali u resqu quddiem Alla. U Ġożwè qal lill-poplu kollu: «Jekk ma jogħġobkomx taqdu l-Mulej, agħżlu llum lil min tridu taqdu; jekk hux l-allat li kienu jaqdu missirijietkom lil hemm mix-xmara, jew l-allat tal-Amurrin li f’arthom qegħdin tgħammru. Imma jien u dari naqdu l-Mulej.»
U l-poplu kollu wieġeb u qal: «Ma jkun qatt li aħna nħallu l-Mulej biex naqdu allat oħra! Għax kien il-Mulej, Alla tagħna, li talla’ lilna u ’l missirijietna mill-art tal-Egittu, minn dar il-jasar, u li għamel quddiemna stess dawn il-ħwejjeġ kbar, u ħarisna matul it-triq kollha li minnha għaddejna u fost il-popli li minn ġo nofshom qsamna. Għalhekk aħna wkoll lill-Mulej naqdu, għaliex hu Alla tagħna.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
IRQADT FIL-KAROZZA
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 26 t’Awwissu: Ferja. Qari: 2 Tessalonkin 1:1-5.11-12; Salm 95:1-2a.2b-3.4-5; Mattew 23:13-22.
It-Tlieta 27 t’Awwissu: Santa Monika (TO). Qari: 2 Tessalonkin 2:1-3.13-17; Salm 138:1-3.4-6; Mattew 23:23-26.
-Erbgħa 28 t’Awwissu: Santu Wistin, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 2 Tessalonkin 3:6-10.16-18; Salm 127:1-2.4-5; Mattew 23:27-32.
Il-Ħamis 29 t’Awwissu: Il-Martirju ta’ San Ġwann il-Battista (TO). Qari: Ġeremija 1:17-19; Salm  70:1-6.15.17; Mark 6:17-29.
Il-Ġimgħa 30 t’Awwissu: Ferja. Qari: 1 Korintin 1:17-25; Salm 32:1-2.4-5.10-11; Mattew 25:1-13.
Is-Sibt 31 t’Awwissu: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt (T). Qari: 1 Korintin 1:26-31; Salm 32:12-13.18-21; Mattew 25:14-30.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content