Il-21 Ħadd matul is-sena B
L-IMĦABBA BLA TAF TA' ALLA
L-i«statura» ta’ Kristu kultant naħsbuha li ma tistax tintlaħaq. Kif nilqgħu tagħlim li jressaq lill-qalb biex tħoss l-isturdament? Bħad-dixxipli ta’ dak iż-żmien, aħna wkoll – li aħna d-dixxipli tal-lum – ħafna drabi nidħlu fi kriżi quddiem ir-realtà tal-Vanġelu. B’danakollu Ġesù ma jagħtix lista ta’ liġijiet morali aktar ibsin. Ġesù jurina t-triq tar-rivoluzzjoni tal-ġid. Din hija realtà li titlob biss li tintlaqa’. Alla ma jitlobx sforzi, iżda jitlobna li nidħlu f’ruħna u ġisimna! Jitlobna kura! Ma jitlobniex demmna, iżda huwa hu li jxerred demmu u jmut għall-imħabba. Ġesù jingħata għall-imħabba tagħna, jingħata bla ma jimponi ruħu. U jista’ jkun li dan hu li jbeżżagħna: Alla li ma jimponix ruħu, iżda li jieħu ħsiebna. Huwa jitlobna nfittxuh, għax dak li jagħmlilna l-ġid hu li nwieġbu għal imħabbtu. F’qagħda ta’ kriżi dak li jerġa’ jġibna f’tagħna hu sewwasew dan l-għarfien li aħna maħbubin. Hu biss f’dan l-ispirtu ta’ telqien bħala wlied li nistgħu nilqgħu l-iżvilupp tal-ġid miżrugħ f’ħajjitna, nerġgħu nsibu l-faraġ tal-kelma ta’ Alla u ngħidu ma’ San Pietru: «Mulej, għand min immorru? Int biss għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.»