L-11-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel (17:22-24)
Dan jgħid Sidi l-Mulej: «Jien naqta’ mill-quċċata taċ-ċedru l-għoli, minn tarf il-friegħi l-għolja, rimja żgħira, u nxettilha fuq il-muntanja għolja u kbira; fuq il-muntanja l-għolja ta’ Israel inxettilha.
U hi toħroġ il-friegħi, u tagħmel il-frott, u ssir siġra sabiħa taċ-ċedru. U taħtha jistkenn kull tajr tal-ġwienaħ, jistkennu għad-dell tal-friegħi tagħha.
U jagħrfu s-siġar kollha tar-raba’ li jien il-Mulej, li siġra għolja nċekkinha, u siġra żgħira nkabbarha; innixxef is-siġra l-ħadra, u n-niexfa bil-weraq inħaddarha. Jien, il-Mulej, tkellimt, u li għidt nagħmlu.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 17 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 21:1-16; Salm 5:2-3.5-7; Mattew 5:38-42.
■ It-Tlieta 18 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 21:17-29; Salm 50:3-6a.11.16; Mattew 5:43-48.
■ L-Erbgħa 19 ta’ Ġunju: Ferja / San Romwaldu, abbati (T). Qari: 2 Slaten 2:1.6-14; Salm 30:20.21.24; Mattew 6:1-6.16-18.
■ Il-Ħamis 20 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: Bin Sirak 48:1-14; Salm 96:1-7.12a; Mattew 6:7-15.
■ Il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju: San Alwiġi Gonzaga, reliġjuż (TO). Qari: 2 Slaten 11:1-4.9-18.20; Salm 131:11-14.17-18; Mattew 6:19-23.
■ Is-Sibt 22 ta’ Ġunju: f’Malta: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T) / San Pawlinu ta’ Nola, isqof (T) / San Ġwann Fisher, isqof u San Tumas Moore, martri (T). Qari: 2 Kronaki 24:17-25; Salm 88:4-5.29-34; Mattew 6:24-34;
■ f’Għawdex: Tifkira tal-anniversarju tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima (F). Qari: Żakkarija 2:14-17; Salm Luqa 1:46-55; Efesin 4:17-18.20-32; Ġwanni 2:1-11.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.