Il-11-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-11-il Ħadd matul is-sena B

SALTNA ĊKEJKNA B’QAWWA MOĦBIJA

San Mark bil-kliem li jqiegħed fuq fomm Ġesù jrid jurina li s-Saltna ta’ Alla bdiet fiċ-ċokon, u fil-bidu dehret dgħajfa, iżda mbagħad kibret u xterdet u ġabret fiha l-ġnus kollha, bħal dik is-siġra li fuq il-friegħi wesgħin tagħha tkennen l-għasafar tal-ajru. Iżda x’għandna nifhmu sewwasew bl-espressjoni “Saltna ta’ Alla”? Din mhijiex post iżda persuna. Is-Saltna ta’ Alla mhi ħadd ħlief Sidna Ġesù Kristu. Hu wkoll wera ruħu ċkejken, umli, dgħajjef u bla ħila quddiem is-setgħat tad-dinja. Għalhekk “ġie f’daru u niesu ma laqgħuhx” (Ġw 1:11), għax huma kienu qed jistennew Messija qawwi li jġib fix-xejn l-għedewwa tiegħu. Iżda Ġesù ma kienx hekk – hu ġie biex jingħata kollu kemm hu għall-imħabba tagħna. Is-Saltna ta’ Alla hija wkoll il-Knisja, il-Poplu ta’ Alla, għax Ġesù u l-Knisja huma ħaġa waħda. Din ukoll, bħall-Imgħallem, bdiet fiċ-ċokon, iżda fiha kien hemm, u għad hemm, is-salvazzjoni għall-ġnus kollha.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content