Tifkira Solenni tal-Għid tal-Imwiet
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill‐Ktieb tal‐Ġob (19:1.23-27a)
Ġob wieġeb u qal: “Mhux li kien jiġi maħżuż fi ktieb, jew b’xafra tal‐ħadid u ċ‐ċomb għal dejjem fil‐blat jitnaqqax! Jien naf li d‐difensur tiegħi ħaj, u fl‐aħħar fuq it‐trab iqum. U wara li jintemm ġildi, mingħajr laħmi nara ’l Alla, li jien narah maġenbi.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 3 ta’ Novembru: Ferja / San Martin de Porres, reliġjuż (T). Qari: Rumani 11:29-36; Salm 68:30-31.33-34.36-37; Luqa 14:12-14.
■ It-Tlieta 4 ta’ Novembru: San Karlu Borromeo, isqof (TO). Qari: Rumani 12:5-16a; Salm 130:1.2.3; Luqa 14:15-24.
■ L-Erbgħa 5 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Rumani 13:8-10; Salm 111:1-2.4-5.9; Luqa 14:25-33.
■ Il-Ħamis 6 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Rumani 14:7-12; Salm 26:1-4.13-14; Luqa 15:1-10.
■ Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Rumani 15:14-21; Salm 97: 1.2-3ab.3bċ-4; Luqa 16:1-8.
■ Is-Sibt 8 ta’ Novembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Rumani 16:3-9.16.22-27; Salm 144: 2-3.4-5.10-11; Luqa 16:9-15.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.