Go to content

L-Ezaltazzjoni tas-Salib - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tan-Numri (21:4b-9)

F’dak iż-żmien, xħin refgħu il-kamp u telqu minn ħdejn il-muntanja Ħor, l-Israelin għaddew mat-triq tal-Baħar tal-Qasab biex jeħduha bid-dawra mal-art ta’ Edom, imma l-poplu ddejjaq jimxi, u beda jgerger kontra Alla u kontra Mosè: «Għala tellajtuna mill-Eġittu biex immutu fid-deżert? M’hawnx ħobż u lanqas ilma; aħna xbajna b’dan l-ikel ħafif.» U l-Mulej bagħat sriep velenużi f’nofs il-poplu u bdew jigdmuhom; u mietu ħafna mill-poplu ta’ Israel. U l-poplu mar għand Mosè, u qalulu: «Dnibna għax tkellimna kontra l-Mulej u kontra tiegħek. Itlob lill-Mulej ħa jwarrab is-sriep minn fostna.» U Mosè mar jitlob għall-poplu.
U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: «Agħmel serp tal-bronż velenuż, u arbulah bħal stendard; u kull min jingidem u jħares lejh ifiq u jgħix.» U Mosè għamel serp tal-bronż, u arbulah bħal stendard. U ġara li kull min kien jigdmu s-serp kien iħares lejn is-serp tal-bronż, u kien ifiq u jgħix.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 15 ta’ Settembru: Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri (TO).  Qari: Lhud 5:7-9; Salm 30:2-6.15-16.20; Ġwanni 19:25-27.
It-Tlieta 16 ta’ Settembru: Arċidjoċesi ta’ Malta San Kornelju, papa u San Ċiprijanu, isqof u martri (TO). Qari: 1 Timotju 3:1-13; Salm 100:1-3.5-6; Luqa 7:11-17. Djoċesi ta’ Għawdex L-Anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi (1864) (F). Qari: Isaija 63:7-9; Salm 144:1-11; Luqa 1:39-55.
L-Erbgħa 17 ta’ Settembru: Ferja / San Robertu Bellarmino, isqof u duttur tal-Knisja (T) / Santa Ildegarda ta’ Bingen, verġni u duttur tal-Knisja (T). Qari: 1 Timotju 3:14-16; Salm 110:1-6; Luqa 7:31-35.
Il-Ħamis 18 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Timotju 4:12-16; Salm 110:7-10; Luqa 7:36-50.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru: Ferja / San Ġennaru, isqof u martri (T). Qari: 1 Timotju 6:2-12; Salm 48:6-8.10.17-20; Luqa 8:1-3.
Is-Sibt 20 ta’ Settembru: San Andrija Kim Taegon, presbiteru u San Pawl Chong Hasang, u sħabhom, martri (TO). Qari: 1 Timotju 6:13-16; Salm 99:2-5; Luqa 8:4-15.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.




ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content