Go to content

L-Eżaltazzjoni tas-Salib - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-Eżaltazzjoni tas-Salib
TA LIL IBNU L-WAĦDIENI

Ġesù jxebbah l-irfigħ tiegħu fuq is-salib mas-serp li Mosè refa’ fid-deżert biex kull min iħares lejh ifiq mill-velenu tal-ġidma tiegħu (ara Num 21:4-9). Hekk għamel Ġesù tabilħaqq: huwa salvana bl-istess għodda li biha daħal id-dnub fid-dinja. Adam kiel mis-siġra tat-tajjeb u l-ħażin u bl-arroganza ried jieħu post Alla. Ried ikun bħal Alla jiddetermina hu stess x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin għalih. Ġesù sewwa l-ħsara li saret bis-siġra tas-salib, li fuqha xerred demmu u feda l-bniedem ta’ kull żmien. Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq il-kotrot il-grazzja. U ġara li bħalma Mosè fid-deżert, bl-amar ta’ Alla, fejjaq lill-migdumin permezz ta’ xbieha tas-serp li gidimhom, hekk ukoll Ġesù fejjaq il-bnedmin bil-mewt tiegħu fuq is-salib. Il-mewt tiegħu hija l-ħajja tagħna. Għalhekk is-Salib huwa rebħa, glorja, irfigħ ’il fuq, eżaltazzjoni. Alla ta lil Ibnu u “ma bagħtux fid-dinja biex jagħmel ħaqq minnha, imma biex bih hija ssalva.”
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content