IS-17-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mit-Tieni Ktieb tas-Slaten (4:42-44)
F’dak iż-żmien, ġie għand Eliżew raġel minn Bagħal-Salisa, u ġieb lir-raġel ta’ Alla ħobż tal-bikri: għoxrin ħobża tax-xgħir, u sbul mimli b’qamħ ġdid.
Eliżew qallu: «Agħtihom lin-nies ħa jieklu.» Imma l-qaddej tiegħu wieġeb: «Kif nista’ nqassam dawn lil mitt ruħ?» Raġa’ qallu Eliżew: «Agħti lin-nies ħa jieklu; għax dan jgħid il-Mulej: “Mhux biss jieklu, imma jifdal ukoll.”»
Dak qassmilhom; u huma kielu, u kien għad fadal minnhom, bħalma qal il-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 29 ta’ Lulju: Santa Marta, Santa Marija u San Lazzru (TO). Qari: 1 Ġwanni 4:7-16; Salm 33:2-11; Ġwanni 11:19-27 jew Luqa 10:38-42.
■ It-Tlieta 30 ta’ Lulju: Ferja / San Pietru Krisologu, isqof u duttur tal-Knisja (T). Qari: Ġeremija 14:17-22; Salm 78:8-9.11.13; Mattew 13:36-43.
■ L-Erbgħa 31 ta’ Lulju: Sant’Injazju ta’ Loyola, presbiteru (TO). Qari: Ġeremija 15:10.16-21; Salm 58:2-5.10-11.17-18; Mattew 13:44-46.
■ Il-Ħamis 1 t’Awwissu: San Alfons Marija de’ Liguori, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Ġeremija 18:1-6; Salm 145:2abċ.2d-4.5-6; Mattew 13:47-53.
■ Il-Ġimgħa 2 t’Awwissu: Ferja / San Ewsebju, isqof ta’ Vercelli (T) / San Pietru Ġiljan Eymard, presbiteru (T). Qari: Ġeremija 26:1-9; Salm 68:5.8-10.14; Mattew 13:54-58.
■ Is-Sibt 3 t’Awwissu: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt (T). Qari: Ġeremija 26:11-16.24; Salm 68:15-16.30-31.33-34; Mattew 14:1-12.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.