Is-Solennità tal-Qaddisin Kollha
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Apokalissi (7:2-4.9-14)
Jiena, Ġwanni, rajt Anġlu ieħor tiela’ bis-siġill ta’ Alla l-ħaj min-naħa tal-Lvant, u b’leħen għoli għajjat lill-erba’ Anġli li lilhom kienet ingħatat is-setgħa li jagħmlu l-ħsara lill-art u lill-baħar, u qalilhom: “Tagħmlulhomx ħsara lill-art u lill-baħar, anqas lis-siġar, qabel ma nkunu stampajna s-siġill fuq il-ġbin tal-qaddejja ta’ Alla tagħna.” Imbagħad smajt x’kien il-għadd tal-issiġillati: mija u erbgħa u erbgħin elf issiġillat minn kull tribù ta’ wlied Israel.
Wara dan, ħarist, u ara, kien hemm kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha, minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien, weqfin quddiem it-tron u quddiem il-Ħaruf, lebsin ilbiesi twal bojod, u bil-friegħi tal-palm f’idejhom. U għollew leħinhom u bdew jgħidu: “Is-salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna li qiegħed fuq it-tron, u lill-Ħaruf.”
L-Anġli kollha kienu qegħdin madwar it-tron u madwar ix-Xjuħ u l-erba’ Ħlejjaq Ħajjin, u waqgħu wiċċhom fl-art quddiem it-tron jagħtu qima lil Alla u jgħidu: “Ammen. It-tifħir u l-glorja, il-għerf, ir-radd ta’ ħajr u l-ġieħ, il-qawwa u s-saħħa lil Alla tagħna, għal dejjem ta’ dejjem! Ammen.”
Imbagħad wieħed mix-Xjuħ qabad u staqsieni: “Dawn li għandhom l-ilbiesi twal bojod fuqhom min huma, u minn fejn ġejjin?” “Inti taf, sinjur,” għidtlu jien. Imbagħad qalli: “Dawn huma dawk li ġejjin mit-taħbit il-kbir, u l-ilbiesi tagħhom ħasluhom u bajduhom fid-demm tal-Ħaruf.”
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 2 ta’ Novembru: Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin. Qari: L-ewwel quddiesa: Ġob 19:1. 23-27; Salm 26:1.4.7-9.13-18; Rumani 5:5-11; Mattew 5:1-12. It-tieni quddiesa: Għerf 3:1-9; Salm 114:5-6. 115:10-11.15-16; Rumani 5:17-21; Mattew 11:25-30. It-tielet quddiesa: Għerf 4:7-15; Salm 22:1-6; Rumani 6:2-9; Mattew 25:1-13.
■ It-Tlieta 3 ta’ Novembru: Ferja / San Martin de Porres, reliġjuż (T). Qari: Filippin 2:5-11; Salm 21:26b-28.28-30a.31-32; Luqa 14:15-24.
■ L-Erbgħa 4 ta’ Novembru: San Karlu Borromeo, isqof (TO). Qari: Filippin 2:12-18; Salm 26:1.4.13-14; Luqa 14:25-33.
■ Il-Ħamis 5 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Filippin 3:3-8a; Salm 104:2-7; Luqa 15:1-10.
■ Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Filippin 3:17-4:1; Salm 121:1-5; Luqa 16:1-8.
■ Is-Sibt 7 ta’ Novembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Filippin 4:10-19; Salm 111:1-2.5-6.8a.9; Luqa 16:9-15.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.