Il-Magħmudija tal-Mulej - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (42:1-4.6-7)
Dan jgħid il-Mulej: «Araw il-qaddej tiegħi, li jiena nwieżen, il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet! Qegħedt l-ispirtu tiegħi fuqu, biex iġib il-ġustizzja lill-ġnus. Ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu; ma jsemmax leħnu fil-pjazez, qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx. Iġib il-ġustizzja fis-sewwa. Ma jegħjiex, ma jitfarrakx, sakemm ma jwaqqafx il-ġustizzja fuq l-art; u l-gżejjer imbiegħda jistennew il-liġi tiegħu. Jien il-Mulej, sejjaħtlek fis-sewwa, qbadtek minn idek u ħaristek, u għamilt minnek patt tal-poplu, dawl għall-ġnus, biex int tiftaħ għajnejn l-għomja, toħroġ lill-ilsiera mill-ħabs, u lil dawk li hemm fid-dlam minn dar l-għeluq.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 12 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 1:1-8; Salm 115:12-13.14-17.18-19; Mark 1:14-20.
■ It-Tlieta 13 ta’ Jannar: Ferja / San Ilarju, isqof u duttur tal-Knisja (T). 1 Samwel 1:9-20; 1 Samwel 2:1.4-5.6-7; Mark 1:21b-28.
■ L-Erbgħa 14 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 3:1-10.19-20; Salm 39:2.5.7-8a.8b-9.10; Mark 1:29-39.
■ Il-Ħamis 15 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 4:1-11; Salm 43:10-11.14-15.24-25; Mark 1:40-45.
■ Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 8:4-7.10-22a; Salm 88:16-17.18-19; Mark 2:1-12.
■ Is-Sibt 17 ta’ Jannar: Sant’Anton, abbati, (TO). Qari: 1 Samwel 9:1-4.17-19.10; Salm 20:2-3.4-5.6-7; Mark 2:13-17.
T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.