Go to content

Il-Familja Mqaddsa - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-Familja Mqaddsa
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (3: 2-6.12-14)

Il-Mulej għolla l-missier fuq it-tfal, u saħħaħ dritt l-omm fuq l-ulied. Min jibża’ minn missieru jagħmel tajjeb għal dnubietu, u min iweġġaħ lil ommu qisu qed jiġma’ f’teżor. Min jibża’ minn missieru jifraħ b’uliedu, u meta jitlob jinstama’. Min iweġġaħ lil missieru jkollu għomor twil, u min iserraħ lil ommu jkun qed jisma’ mill-Mulej.
Ibni, ieqaf ma’ missierek fi xjuħitu, u matul ħajtu tweġġagħlux qalbu. Ukoll jekk moħħu jeħfief, agħdru, u tonqsux mill-ġieħ meta għadek f’saħħtek, għax il-ħniena ma’ missierek ma tintesiex, imma tingħaddlek bi ħlas għal dnubietek.
Il-Kelma tal-Mulej.                       Irroddu ħajr lil Alla.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Salterju tal-Ottava tal-Milied
It-Tnejn 29 ta’ Diċembru: Il-ħames jum fl-Ottava tal-Milied. Qari: 1 Ġwanni 2:3-11; Salm 95: 1-2a.2b-3.5b-6; Luqa 2:22-35.
It-Tlieta 30 ta’ Diċembru: Is-sitt jum fl-Ottava tal-Milied. Qari: 1 Ġwanni 2:12-17; Salm 95: 7-8a.8b-9.10; Luqa 2:36-40.
L-Erbgħa 31 ta’ Diċembru: Is-seba’ jum fl-Ottava tal-Milied. Qari: 1 Ġwanni 2:18-21; Salm 95:1-2.11-12.13; Ġwanni 1:1-18.

L-ewwel ġimgħa tas-salterju
Il-Ħamis 1 ta’ Jannar: L-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla (S). Qari: Numri 6:22-27; Salm 66:2-3.5.6.8; Galatin 4:4-7; Luqa 2:16-21.
Il-Ġimgħa 2 ta’ Jannar: San Bażilju l-kbir u San Girgor Nazjanzenu, isqfijiet u dutturi tal-Knisja (TO). Qari: 1 Ġwanni 2:22-28; Salm 97:1.2-3ab.3ċd-4; Ġwanni 1:19-28.
Is-Sibt 3 ta’ Jannar: Ferja ta’ żmien il-Milied / L-Isem Imqaddes ta’ Ġesù (T). Qari: 1 Ġwanni 2:29–3:6; Salm 97:1.3ċd-4.5-6; Ġwanni 1:29-34.

S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content