Go to content

Familja Mqaddsa A - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-Familja Mqaddsa A
MILL-EĠITTU SEJJAĦT LIL IBNI

 
Il-ħarba lejn l-Eġittu li seħħet wara l-episodju tal-Maġi nsibuha biss fil-Vanġelu ta’ San Mattew. L-Evanġelista jrid juri li fil-persuna ta’ Ġesù qed terġa’ sseħħ il-ġrajja tal-poplu ta’ Alla, għax issa, bil-miġja ta’ Ġesù, bdiet il-ġrajja tal-poplu l-ġdid ta’ Alla. Bħalma fl-imgħoddi l-poplu ta’ Israel minn art barranija fejn kien jgħix għal sekli sħaħ, kellu jaħrab minn hemm għax kien ippersegwitat u jterraq lejn l-Art l-Imwiegħda, hekk ukoll Ġesù tarbija wara li kellu jaħrab f’art barranija, l-istess waħda fejn kien jgħammar il-poplu ta’ Israel, biex jaħrab lil min ried joqtlu, minn hemm reġa’ ssejjaħ lejn l-Art l-Imwiegħda meta l-periklu kien naqas. Hawn qed naraw l-Iskrittura sseħħ b’mod aktar reali fil-persuna ta’ Ġesù ta’ Nazaret. Naraw ukoll li Ġesù kien refuġjat maħrub mill-persekuzzjoni ta’ min ried jeħles minnu, tant li kellu jħalli l-belt fejn twieled u jaħrab lejn il-Galilija fir-raħal ta’ Nazaret. Fis-silta naraw l-attenzjoni ta’ San Ġużepp, dejjem lest biex jisma’ xi jrid Alla minnu u jkun pront jagħmel ir-rieda tiegħu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content