IL-15-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Għamos (7:12-15)
F’dak iż-żmien, Amasija, qassis ta’ Betel, qal lil Għamos: «Mur, bniedem veġġenti, itlaq lejn l-art ta’ Ġuda, u ħobżok kulu hemm, u ħabbar hemm; u tkomplix iżjed tħabbar ġo Betel, għaliex Betel santwarju tas-sultan, it-tempju tas-saltna.»
Wieġeb imbagħad Għamos u qal lil Amasija: «Jien m’iniex profeta, lanqas bin profeta; jiena biss ragħaj u niżbor il-ġummajż. Iżda l-Mulej qabadni minn wara l-merħla, u l-Mulej qalli: Mur, ħabbar lill-poplu tiegħi, Israel.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 15 ta’ Lulju: San Bonaventura, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Isaija 1:10-17; Salm 49:8-9.16bċ-17.21 u 23; Mattew 10:34 – 11:1.
■ It-Tlieta 16 ta’ Lulju: L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu (TO). Qari: Slaten 18:42-45; Salm 14:1-4; jew Żakkarija 2:14-17; Salm Luqa 1:46-55; Ġwanni 19:25-27 jew Mattew 12:46-50.
■ L-Erbgħa 17 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Isaija 10:5-7.13-16; Salm 93:5-10.14-15; Mattew 11:25-27.
■ Il-Ħamis 18 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Isaija 26:7-9.12.16-19. Salm 101:13-16.18-19.21; Mattew 11:28-30.
■ Il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Isaija 38:1-6.21-22.7-8; Salm Iżaija 38:10-12.16; Mattew 12:1-8.
■ Is-Sibt 20 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt (T) / Sant’Apollinaris, isqof u martri (T). Qari: Mikea 2:1-5; Salm Bin Sirak 9:22-25.28-29.35; Mattew 12:14-21.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.