Il-15-il Ħadd matul is-sena B
IL-WIRT LI ĦALLIELNA ĠESÙ
Żewġ kwalitajiet huma dawk li jgħarrfu lil min hu msejjaħ biex ixandar il-Vanġelu: l-għaqda bejn l-aħwa – «beda jibgħathom tnejn tnejn» – u t-telqien fi ħdan il-Providenza – «wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi.» Dwar l-ewwel waħda, l-għaqda bejn l-aħwa, Ġesù jgħid li biha x-xandir Nisrani jitwemmen. Fl-hekk imsejħa “talba saċerdotali”, infatti, meta jitlob għal tiegħu li jinsabu fid-dinja, hu jitlob lill-Missier li «jkunu ħaġa waħda, biex id-dija temmen» (ara Ġw 17). Il-qofol tal-kustjoni huwa dan: aħna msejħin biex inxandru l-imħabba ta’ Alla li tidher ukoll fl-imħabba ta’ bejnietna. Issa l-ewwel verifika tax-xhieda tagħna mhijiex is-sbuħija ta’ kliemna, iżda d-dija ta’ ħajjitna. Il-prova konkreta tal-Ġmiel li nxandru hi l-mod kif ngħixu mżejjen bl-imħabba vera. Il-kwalità l-oħra li tmur magħha hija t-telqien tagħna f’Alla. Dan jidher fid-distakk minn dak li hu żejjed biex wieħed iħaddan l-Essenzjal.