Il-11-il Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (19:2-6a)
F’dak iż-żmien, wara li refgħu t-tined, minn Rafidim ulied Iżrael waslu fid-deżert tas-Sinaj u waqqfu t-tined fid-deżert. Iżrael waqqaf it-tined hemm, biswit il-muntanja.
Mosè tala’ ħdejn Alla, u l-Mulej sejjaħlu mill-muntanja u qallu: «Dan għid lil dar Ġakobb u għarraf lil ulied Iżrael: “Rajtu intom x’għamilt lill-Eġizzjani, u kif lilkom ġarrejtkom fuq il-ġwienaħ tal-ajkli u ressaqtkom lejja. Issa, jekk tisimgħu leħni u żżommu l-patt tiegħi, intom tkunu l-wirt tiegħi minn fost il-popli kollha, għax l-art kollha tiegħi. Intom tkunu għalija saltna ta’ qassisin u ġens qaddis.”»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 15 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 21:1-16; Salm 5:2-3.5-7; Mattew 5:38-42.
■ It-Tlieta 16 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 21:17-29; Salm 50:3-6a.11.16; Mattew 5:43-48.
■ L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Slaten 2:1.6-14; Salm 30:20.21.24; Mattew 6:1-6.16-18.
■ Il-Ħamis 18 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: Bin Sirak 48:1-14; Salm 96:1-7.12a; Mattew 6:7-15.
■ Il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju: Ferja / San Romwaldu, abbati (T). Qari: 2 Slaten 11:1-4.9-18.20; Salm 131:11-14.17-18; Mattew 6:19-23.
■ Is-Sibt 20 ta’ Ġunju: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: 2 Kronaki 24:17-25; Salm 88:4-5.29-34; Mattew 6:24-34.
T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.