Il-11 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-11-il Ħadd matul is-sena A
IS-SALVAZZJONI WASLET

Il-missjoni ta’ Ġesù hi dik li jmexxi l-kotra bħalma ragħaj imexxi merħla. Għalhekk ħeġġiġna nitolbu lil Sid il-ħsad jibgħat aktar ħaddiema, għax “il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit.” L-ewwel rgħajja li ħatar Ġesù nnifsu kienu l-Appostli li f’dis-silta nsibu l-lista tagħhom. Dawn kienu sa jkunu l-ewwel nies li jissoktaw il-ħidma ta’ Ġesù meta hu jerġa’ għal għand il-Missier. Lil dawn Ġesù tahom ordnijiet li jeħtieġ nifhmuhom sew. L-ewwel ħaġa li qalilhom kienet biex ma jmorrux għand il-pagani. Din żgur kienet ordni proviżorja. Is-salvazzjoni kellha tasal l-ewwel għand “in-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Israel.” Ix-xandira essenzjalment kellha tkun: “Is-Saltna ta’ Alla hija fil-qrib.” Huwa l-istess messaġġ ta’ Ġwanni l-Għammied u ta’ Ġesù nnifsu u jfisser: “Il-Messija wasal, is-salvazzjoni (it-tifsira tal-isem ‘Ġesù’) waslet għal min iridha.” U s-salvazzjoni li tingħata b’xejn hija fejqan, qawmien, ħelsien mix-xjaten.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content