Tlugħ il-Mulej fis-sema Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Tlugħ il-Mulej fis-sema - Sena Ċ
STEDINA BIEX NINŻLU
Napprezzaw dak li nafu nistennewh għax l-istennija tħaffer fil-qalb l-ispazju meħtieġ biex nilqgħu rigal. Il-ħwejjeġ sbieħ kollha fil-ħajja jġagħluna nistennewhom, ibda bil-wasla ta’ tarbija. Kull wieħed minna ġiegħel lil min jistennieh. Tlugħ il-Mulej fis-sema hu tislima ta’ tluq, iżda hu wkoll tagħlim li Kristu Rxoxt jagħti lid-dixxipli. Hu, sa ċertu punt, stedina biex ninżlu, nitbaxxew lejn dak li hu konkret u ordinarju fina. Iva, Kristu tela’ biex jistedinna niltaqgħu miegħu u ngħixuh fil-ħajja ta’ kuljum, aħna u nagħrfu li sewwasew f’din in-normalità hemm is-sigriet ta’ dak li hu straordinarju fil-Kristjaneżmu. Tlugħ il-Mulej fis-sema hu l-waqt li fih l-esperjenza ta’ Kristu tinħass u ssir stennija ta’ esperjenza aktar radikali, aktar safja. Kristu jitbiegħed mis-sensi, iżda b’mod paradossali jsir radikalment l-uniku sens tal-eżistenza tagħna, anki fis-skiet tas-sensi (u kultant anki fil-lejl mudlam tal-fidi). Quddiem il-ġrajja ta’ Tlugħ il-Mulej fis-sema aħna msejħin biex ngħixu fuq l-art b’ħarsitna mdawra lejn is-smewwiet, lejn dak li jinsab fuq il-lemin tal-Missier.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content