Tlugħ il-Mulej fis-sema Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Tlugħ il-Mulej fis-sema - Sena Ċ
ALLA LI JSIEĦEB

Id-dixxipli baqgħu mistagħġba u mtlew bl-imrar. L-Imgħallem sa jitlaq propju issa li fl-aħħar fehmu l-pjan il-kbir ta’ Alla għal Ġesù, propju issa li fl-aħħar għelbu n-niket u qegħdin iħossu l-ferħ! Iżda le. Erġajna koppi.

Irġiel tal-Galilija, x’intom tħarsu lejn is-sema? Kemm tagħmillu mistoqsijiet il-Kelma lil dak li jfittex lil Alla? Alla jistaqsina, jheżżiżna, jistedinna mmorru lil hinn, nikbru, nemmnu. Le, ma għandniex infittxu fis-sema l-wiċċ ta’ Alla li saħaq l-art taħt riġlejh. Nistgħu nfittxuh hemm fejn ried jgħammar dejjem: f’nofs l-aħwa l-aktar foqra, f’nofs il-komunità ta’ dawk li jemmnu fin-Nazzarenu. Dan hu paradoss insostenibbli tal-Kristjaneżmu! L-ewwel jitlobna nemmnu li Alla li ma jidhirx sar bniedem. Issa qed jitlobna nemmnu li Alla jingħata fl-idejn dgħajfa ta’ bnedmin midinbin u bla koerenza! Mela minflok niltaqgħu mal-wiċċ jiddi u sielem tal-Imgħallem, niltaqgħu mal-wiċċ imkemmex tal-Insara… Iżda jekk Ġesù jrid jgħidilna xi ħaġa ġdida? Xi ħaġa mhix mistennija? Jekk tabilħaqq fil-proġetti ta’ Alla hemm aħna? Jekk, nagħmlu mod, Ġesù tabilħaqq ħalla x-xandir tas-Saltna f’idejn il-Knisja, jew aħjar: f’idejn din il-Knisja? Alla li fih nemmnu huwa Alla li jsieħeb, iżda huwa Alla li jħalli l-mixja tal-Vanġelu f’idejn id-dgħufija tal-Knisja tiegħu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content