Santa Marija B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Sidtna Marija mtellgħa s-sema

L-ASSUNZJONI TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA
L-Għid tas-sajf, illum il-Knisja tistedinna nimmeditaw fuq l-Assunzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija. Din is-solennità kull sena tista’ ssir opportunità biex nidħlu fil-fond ta’ xi veritajiet tal-fidi li nistqarru u okkażjoni biex insaffu t-tama tagħna fil-ħajja ta’ dejjem. F’dan il-jum sħun tas-sajf jerġa’ jiġi quddiemna l-ġmiel ta’ din it-taħbita ta’ omm fil-qalb: «Aħna nħlaqna għas-Sema!» Il-mixja tagħna fid-dinja mhijiex bla għan. Is-sema u l-art jingħaqdu f’tgħanniqa ħelwa! Iva jitgħannqu bla ma jitħalltu, għax aħna twelidna biex nilħqu l-Missier u biex ma mmutu qatt iżjed. Aħna twelidna biex inħobbu u biex nerġgħu nitwieldu fid-dija tal-ħajja ta’ dejjem. Marija turina l-livelli spiritwali li fuqhom trid timxi l-eżistenza ta’ kull Nisrani: kollha fil-għoli! Dan ma jfissirx li għandna nibnu pedistalli tal-glorja, iżda li nikkuntemplaw diġà fuq l-art is-sens aħħari tal-ġrajja umana: il-ġmiel tal-ħlewwa ta’ Alla li jinżel lejn il-bnedmin biex itellagħhom ’il fuq. Marija għexet ħajjitha kollha fil-għaxqa tal-għoljiet u tgħallimna nħarsu lejn is-saltna ta’ Alla u nixxennqu għaliha.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content