Santa Marija - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Sidtna Marija mtellgħa s-sema
KIF GĦAMILT BIEX EMMINT, MARIJA?

Fil-qalba tas-sajf niċċelebraw bil-ferħ, il-festa tat-Tlugħ ta’ Marija fis-sema bir-ruħ u l-ġisem, hija li tfakkarna fl-opra ta’ Alla f’Marija ta’ Nazaret, dixxipla tal-Mulej.

Il-qalba tal-mixja tagħha jirrakkontaha Luqa, f’dik il-ġirja miġnuna, b’ħeġġa liema bħalha, li Marija għamlet l-għada tat-tħabbira tal-anġlu. Ma kienx forsi qalilha l-anġlu bit-tqala tal-qariba xiħa tagħha? Marija telqet bil-qalb minn Nazaret, għandha bżonn tirrifletti, tifhem. Qed tibża’ li ħadet żball, li din hi ħidma tal-istħajjil. U l-laqgħa bejn Eliżabetta, imdaħħla fiż-żmien, u Marija, iż-żagħżugħa hi waqt ta’ glorja, logħob tan-nar. Huma biss jafu, huma biss jifhmu, il-qaddejja u l-qraba jħarsu skantati lejn dawn iż-żewġ nisa li jidħku u jitgħannqu u jibku bil-ferħ. “Kif għamilt biex emmint, Marija?” Iva, Marija, anki aħna ntennuha din, aħna u nħarrku rasna: kif stajt temmen li Alla tabilħaqq kellu jsir il-ħars u l-għaraq u l-kalur f’ġufek? Kif għamilt biex temmen li Alla tabilħaqq kellu bżonnok, u bżonna, biex isalva l-umanità? Kif għamilt biex temmen li l-ġuf tari tiegħek seta’ jħaddan fih l-Assolut? Hienja int li emmint, Marija. Henjin aħna, dixxipli dgħajfa, li nħossu l-kburija timlielna għajnejna bid-dmugħ u n-nostalġija tal-qdusija taqtgħalna nifisna, inti bint l-umanità tagħna, inti l-feddejja tal-bruda tagħna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content