Santa Marija - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Sidtna Marija mtellgħa s-sema
IR-RAQDA TAL-VERĠNI
Hemm ħaġa interessanti fl-ikonografija Biżantina (u Latina taż-żmien tan-Nofs) tad-dormitio Virginis (ir-raqda tal-Verġni): Ġesù jżomm fuq dirgħajh lil Marija bħal tarbija mfisqija. It-tifkira tal-bambin Ġesù mfisqi tiġi ċara mill-ewwel. Huwa Alla li ma jħallix lil min jgħaddih fil-ġenerożità. Dik li tat ġisem lil dak li ma għandux ġisem intlaqgħet ruħ u ġisem fis-Sebħ tal-ħajja ta’ Alla. Marija, l-għollieqa taqbad, ma tinħaraqx fis-sebħ tad-divinizzazzjoni fis-sħuħija tal-verġnità tagħha u fis-sħuħija tal-umanità tagħha. Jista’ jitqies każ uniku u – taħt ċerti aspetti hekk hu – iżda l-uniċità tiegħu ma għandhiex taljenana mis-sejħa li hemm fiha. L-Assunzjoni hi riżultat “naturali” tar-rabta mal-Inkarnazzjoni ta’ Kristu: dan il-ġisem u din il-ġrajja saru biex jingħaqdu fiż-żwieġ ma’ Alla… u Marija tat il-kunsens bir-ruħ u l-ġisem. L-assunzjoni tagħha fis-sema tgħidilna li m’hemmx aspett ta’ ħajjitna li ma jistax jinbidel u jingħaqad ma’ Alla.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content