Go to content

San Pietru u San Pawl - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
SAN PIETRU U SAN PAWL APPOSTLI
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (12:1-11)

Għall-ħabta ta’ dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf. Imbagħad, billi ra li din il-ħaġa għoġbot lil-Lhud, qatagħha li jaqbad ’il Pietru wkoll. Dan kien f’jiem l-Ażżmi. Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, qiegħed għassa miegħu erba’ għaqdiet ta’ suldati ta’ erbgħa kull waħda, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu.
Pietru, mela, kien arrestat fil-ħabs, bil-għassa miegħu. Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħeda titlob ’l Alla għalih bil-ħeġġa. Fil-lejl stess ta’ qabel ma Erodi kellu joħroġ ’il Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b’żewġ ktajjen, waqt li xi għassiesa kienu għassa mal-bieb tal-ħabs.
F’daqqa waħda ġie hemm anġlu tal-Mulej, u dawl idda mal-kamra. L-anġlu ta lil Pietru daqqa fuq ġenbu, qajmu u qallu: “Qum malajr.” Il-ktajjen waqgħu minn ma’ idejh. Imbagħad l-anġlu qallu: “Dawwar il-mantar miegħek u imxi warajja.” Pietru ħareġ u mexa warajh, bla ma ntebaħ li dak li kien qiegħed jiġri permezz tal-anġlu kien tassew; ħaseb li kienet xi ħolma. Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni waħda wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid li kien jagħti għall-belt; u dan infetaħ waħdu. Ħarġu, u mxew tul triq. F’daqqa waħda l-anġlu telaq minn ħdejh.
Imbagħad Pietru ġie f’tiegħu, u qal: “Issa qiegħed ninduna, tabilħaqq, li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qegħdin jistennew li jsir.”
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 30 ta’ Ġunju: Ferja / L-ewwel Martri tal-Knisja ta’ Ruma (T). Qari: Ġenesi 18:16-33; Salm 102:1-4.8-11; Mattew 8:18-22.
It-Tlieta 1 ta’ Lulju: Ferja / Beatu Nazju Falzon¸ kjeriku sekulari (T). Qari: Ġenesi 19:15-29; Salm 25:2-3.9-12; Mattew 8:23-27.
L-Erbgħa 2 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ġenesi 21:5.8-20; Salm 33:7-8.10-13; Mattew 8:28-34.
Il-Ħamis 3 ta’ Lulju: San Tumas, appostlu (F). Qari: Efesin 2:19-22; Salm 116:1.2; Ġwanni 20:24-29.
Il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju: Ferja / Santa Eliżabetta tal-Portugal (T). Qari: Ġenesi 23:1-4.19; 24:1-8.62-67; Salm 105:1-4b-5; Mattew 9:9-13.
Is-Sibt 5 ta’ Lulju: Ferja / San Anton Marija Zaccaria, presbiteru (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġenesi 27:1-5.15-29; Salm 134:1-6; Mattew 9:14-17.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content