Marija Omm Alla Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Marija Omm Alla - Sena Ċ

IS-SEBĦ TA’ ALLA JIDDI FL-UMILTÀ
«Dawk kollha li semgħu baqgħu mistagħġbin b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija kienet iżżomm dan kollu f’moħħha u taħseb fuqu f’qalbha.» Hemm żewġ ħwejjeġ f’dawn il-ftit kelmiet:
- L-ewwel waħda hi li Alla juri ruħu liż-żgħar u juri ruħu wkoll fiż-żgħar. Ir-rgħajja kienu nies sempliċi u umli, fil-biċċa l-kbira bla ebda tagħlim. B’danakollu dawn huma l-“anġli tad-demm u l-laħam” li l-Mulej għażel biex jissokta jxerred l-aħbar tas-sebħ li bdew ixandru l-anġli tas-sema.
- It-tieni hija l-umiltà u l-ħlewwa ta’ Marija. Dik li ġarret u wildet lil Sidha, ma qagħditx fuq pedistall, ma qalitx issa smajt biżżejjed, imma baqgħet attenta, umli, tisma’ bid-dehwa kull ħoss ta’ leħen il-Maħbub fl-istorja.
L-umiltà tal-“ambaxxaturi”, l-umiltà tas-smigħ tal-Qaddejja tal-Mulej sabu l-inkurunament fl-umiltà ta’ Alla nnifsu: «It-tarbija mimduda fil-maxtura.» Is-sebħ ta’ Alla jiddi fl-umiltà, jidher fl-umli u għall-umli.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content