L-Għid B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-Jum qaddis tal-qawmien tal-Mulej mill-imwiet sena B

XAQQ TA' TAMA ĠDIDA

«Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.» Hi biss qalb imħeġġa li tista’ tiġri lejn il-qabar biex tfittex il-Ħajja wara l-passjoni u l-mewt. Hu biss min hu miġruħ bl-imħabba li jista’ jmur lil hinn mid-delużjonijiet biex ikabbar it-tama minkejja kollox. Marija u Ġwanni jaraw lil hinn għax ifittxu u għax iħobbu. Jeħtieġ inkunu għatxana, miġbudin bl-imħabba, imħeġġa biex ikollna għajnejn li bihom naraw lill-Irxoxt. «Agħtuni wieħed li jħobb u jifhem,» kiteb Santu Wistin f’waħda mill-prietki tiegħu fuq il-Vanġelu ta’ Ġwanni. L-imħabba tagħti għajnejn ġodda u tiftaħ is-siparju tal-fidi u x-xaqq tat-tama. Meta tħobb ma tistax tintelaq fi ħdan il-mewt. Min iħobb ma jistax jintelaq fi ħdan il-mewt. Nistgħu ngħidu li fl-imħabba hemm in-nuqqas ta’ mewt. Mulej, qajmilna l-ħin kollu l-ħeġġa tagħna għalik, għax biss jekk tqajjimna l-ħin kollu nkunu nistgħu nemmnu fil-qawmien tiegħek.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content