L-Epifanija A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-Epifanija - Sena A
IL-FESTA TAD-DEHRA TAL-MULEJ
«Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.» Il-kewkba tiddi għal kulħadd. Għall-Maġi kif ukoll għal Erodi. Iżda mhux kulħadd japprofitta mid-dawl tagħha. Anzi, għal Erodi l-kewkba u dak li hi turi huma kawża ta’ biża’ u dwejjaq. Iżda l-Maġi kif raw u reġgħu sabu l-kewkba, imtlew b’ferħ kbir. Ninsabu quddiem għażla li jeħtieġ issir. Quddiem id-Dehra tad-Dawl – din hi l-Epifanija – għandna l-possibbiltà drammatika li nagħlqu għajnejna, li ma rridux naraw, li ndawru wiċċna band’oħra. L-Epifanija hi tabilħaqq il-festa tad-dehra tal-Mulej, iżda hi wkoll l-okkażjoni li fiha s-sentimenti tagħna u d-dispożizzjoni ġewwiena, għax anki jekk il-Mulej irid juri ruħu lil kulħadd, iżda fis-sewwa hu juri ruħu lil «min ifittxu b’qalb sinċiera.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content