L-Epifanija A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-Epifanija tal-Mulej - Sena A
NILTAQGĦU MA’ ALLA

L-Epifanija tagħlaq iż-żmien qawwi tal-Milied. Il-Maġi jirrappreżentaw lill-ġnus li, fl-aħħar, isibu l-Messija. Iżda huwa wkoll ix-xbieha ta’ dawk kollha li, huma u jfittxu li jagħtu tifsira lil ħajjithom, jiltaqgħu ma’ Alla.

Illum il-festa tax-xewqa ta’ min ma jċedix, il-festa li għandha bħala protagonisti xi nies ifittxu li jgħaddu ħinhom ifittxu teoriji ġodda u jġarrbuhom. Illum il-festa tal-essenza tal-bniedem li, imneżża’ minn kull kundizzjonament, jerġa’ jsib lilu nnifsu u jagħraf dak li hu fittex. Il-Kelma tinsisti, tesaġera, tiżloga, issawwat: m’aħniex sa nkunu ġġudikati fuq ir-riżultati, fuq id-devozzjoni, fuq il-koerenza, iżda fuq ix-xewqa li mmorru lil hinn. U għalina li ilna dixxipli, li diġà sibna, dil-festa hija stedina biex negħlbu ċ-ċertezzi ċkejknin tagħna, biex nibdew inħarsu bil-ħarsa ta’ Alla. Il-Milied jinkwetana, idawwalna, jistaqsina. Minkejja l-mod kif ħassarnieh, u għamilnieh qisu fiera kbira ta’ sentimenti tajbin, il-misteru taċ-ċokon infinit ta’ Alla li jidħol fil-ġuf tari ta’ żagħżugħa jimliena bil-għaġeb, u għadu jfawwar il-qlub miġruħa bid-dmugħ ta’ faraġ sħiħ. Alla hu differenti, ħbieb.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content