L-Epifanija Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-Epifanija - Sena Ċ

TELQIEN, INDIEMA U SPAZJU GĦALL-MULEJ
Mhux kull min ifittex il-Mulej isibu. Dan m’iniex ngħidu biex ingiddeb l-Iskrittura li tgħid li «l-Mulej hu qrib lejn kull min isejjaħlu.» L-istess Skrittura, tispeċifika li «l-Mulej hu qrib […] lejn min ifittxu b’qalb sinċiera. Għalhekk mela nistgħu ngħidu li mhux kull min ifittex il-Mulej isibu għax mhux kulħadd ifittxu biex isibu! Il-Vanġelu tal-lum hu eżempju ta’ dan. Ma kinux il-Maġi biss ifittxu lil Ġesù, Erodi wkoll kien qed ifittxu, staqsa għalih, bagħat lil min ifittxu għalih. Iżda Erodi għala fittxu? Erodi fittxu biex iwarrbu, biex isikktu, biex jitfih. Il-kliem dwar il-Mulej kien iħawdu. Is-sebħ ta’ Alla ma jagħmilx tajjeb lill-proġetti ta’ vanaglorja li kellu. Iżda l-Maġi fittxuh biex jiltaqgħu miegħu, biex iqimuh, biex jilqgħu l-kelma tiegħu. Xħin sabu l-kewkba tiegħu mtlew bil-ferħ. Dan kollu jurina li l-laqgħa mal-Mulej titlob minn dak li jkun telqien sħiħ, indiema, spazju għall-Mulej. X’int tistenna? «Qum, ilbes id-dawl, għax dawlek ġej, is-sebħ tal-Mulej fuqek.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content