L-24 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-24 Ħadd matul is-sena B

L-IMĦABBA GĦAL KRISTU
«Iżda intom, min tgħidu li jien?» Hija mistoqsija li għandna nħobbuha, għaliex fiha l-kelmiet «iżda intom» li juru l-fehma li wieħed jidħol fl-intimità tal-qalb. Bħallikieku ngħidu ma għandniex nillimitaw ruħna għal dak li jingħad fuqu, ma għandniex nikkuntentaw ruħna li noqogħdu fil-wiċċ. Jeħtieġ li jkollna s-sogru li nersqu eqreb lejn il-Mulej u nagħrfuh b’mod ġdid kuljum. F’dan il-Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena, li fih issir il-festa tal-Isem imqaddes ta’ Marija, nistgħu nagħmlu l-Isqarrija ċkejkna tal-fidi tagħna lill-Mulej aħna u nitolbu l-interċessjoni ta’ Marija b’talba Marjana mill-isbaħ ta’ San Pawl VI: «O Marija […] għallimna l-ġabra, id-dħul fil-ġewwieni; għinna nisimgħu l-ispirazzjonijiet it-tajba u l-kelma ta’ Alla; għallimna l-ħtieġa tal-meditazzjoni, tal-ħajja ġewwiena personali, tat-talb li Alla biss jara fil-mistur. Marija, għallimna l-imħabba. L-imħabba għal Kristu, imħabba waħdanija, l-ogħla waħda, sħiħa, imħabba li hi sagrifiċċju għall-aħwa. Aqlgħalna, Marija, il-fidi sempliċi, sħiħa u qawwija, il-fidi sinċiera, meħuda mill-għajn tagħha, il-kelma ta’ Alla.»

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content