L-1 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-1 Ħadd tar-Randan B

IT-TAĦDIT MA' ALLA
L-Ispirtu ħarġu fid-deżert... Biex iġarrbu? Le! Hemm ħaddieħor li jġarrab, ix-Xitan, “dak li jxerred” u li ismu hu sewwasew il-qarrieq u t-tentatur. Dwar Alla, il-Bibbja tgħid li ma jġarrabx u lanqas ma jiġġarrab. Għaliex, mela, l-ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert? Mhux biex ixerrdu, iżda biex idaħħlu fil-ġabra, biex hemm jitlob, biex jgħix l-essenzjal, biex jgħammar magħqud ħaġa waħda mal-Missier. Iżda – jekk irridu nkunu fidili lejn il-kitba li tgħid: «Imbagħad minnufih l-Ispirtu ħarġu fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan» - l-Ispirtu jippermetti t-tiġrib, il-konfront, għax jaf li t-taqbid spiritwali jtella’ fil-wiċċ il-kwalità spiritwali tal-bniedem. Imbagħad għandha tifsira qawwija l-aħbar li Ġesù beda l-ħajja pubblika b’dan l-irtir. Ġesù jgħallimna li t-taħdit fuq Alla jikseb il-qawwa tiegħu mit-taħdit ma’ Alla. Jgħallimna li l-virtù vera hija dik imġarrba.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content