L-1 Ħadd tar-Randan A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-1 Ħadd tar-Randan - Sena A
REBBIEGĦ FUQ IT-TENTAZZJONIJIET
Tliet tentazzjonijiet, tliet esperjenzi tal-poplu tat-Testament il-Qadim fid-deżert, tliet tentazzjonijiet li ngħaddu minnhom aħna wkoll b’ismijiet u bi sfumaturi differenti. L-ewwel tentazzjoni hi dik li taħseb li ħajja mimlija hi żaqq mimlija. Hija t-tentazzjoni li fiha l-qalb tinbidel maż-żaqq. «Alla tagħhom hi żaqqhom,» qal San Pawl. Hija t-tentazzjoni tal-basal tal-Eġittu li jżoqq, iżda ma jimliex iż-żaqq. It-tieni tentazzjoni hi dik li l-ħin kollu ġġarrab lill-Mulej, tant li ddejjaq lill-Mulej, kif jgħid Salm 94. It-tielet tentazzjoni hi dik li tqim lill-ħlejjaq minflok lill-Ħallieq. Din it-tentazzjoni mhux dejjem tidher bil-wiċċ innifsu tal-ħażen, bil-wiċċ personali tax-xitan. Kultant tidher bil-maskri tas-setgħa, tal-karriera tiswa x’tiswa, tgħaffeġ lill-aħwa biex tikber int, tinżel għarkupptejk u tagħmel kompromessi biex tikseb aktar sikurezza. Jalla dak li ħareġ rebbieħ fuq dawn it-tentazzjonijiet ikun illum ir-rebħa tagħna. Ammen.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content