L-1 Ħadd tal-Avvent B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-1 Ħadd tal-Avvent - Sena B
L-AVVENT HU QAWWA U DAWL
Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel! Hija l-karba ta’ qsim il-qalb li toħroġ minn fomm wieħed mill-kittieba tal-ktieb tal-profeta Isaija, eżiljat f’Babel. M’hemmx aktar tempju, la belt qaddisa, u lanqas sultan. Kollox intilef. Għajta li għadha tintrefa’ minn din l-art tal-eżilju li fiha ninsabu.

Dan hu żmien liturġiku qawwi, żmien ta’ stennija, ta’ ferħ dejjem jikber, ta’ xewqa li ssib l-ispazju tagħha. Jew okkażjoni oħra ta’ tbatija. Jew ta’ telf ta’ żmien. Jew ta’ kummiedji. Il-bidu ta’ dan iż-żmien tal-Avvent hu qawwi u mdawwal: aħna msejħin biex ngħassu. Biex fl-aħħar inqumu. Qed ngħixu f’raqda diżastruża tar-ruħ, f’koma ġewwiena bla tmiem, ilkoll maħkumin b’dak li rridu nagħmlu, bil-problemi li rridu nsolvu. Id-dinja tagħna tagħtina ħajja ta’ kuljum b’ritmi mhux sostenibbli. It-teknoloġija, li fit-teorija ħaffet u ssimplifikat ir-relazzjonijiet, fir-realtà ġagħlithom jinfaqgħu. Tmur fejn tmur tara nies maqtugħin minn kollox u minn kulħadd b’wiċċhom imsammar mal-mobile jitkellmu ma’ xi ħadd li jinsab mili ’l bogħod, jisimgħu l-mużika, jaraw x’hemm ġdid fuq il-facebook... filwaqt li n-nies u l-ħajja reali qegħdin hemm, bilqiegħda ħdejhom. Jien nirvilla għad-dinja, ma rridx li biċċa għodda ssir għan fiha nfisha. Irrid ngħix. Irrid ngħix bis-sħiħ, ngħix ta’ ħaj. Dan biex nagħmlu rrid nistenbaħ. Għandna quddiemna erba’ ġimgħat biex nerġgħu nibdew nieħdu r-ruħ.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content