It-Tnissil bla tebgħa ta' Marija A
L-ISTIL TA' ALLA
X’kien jiġri kieku Marija lill-anġlu qaltlu: “Le, grazzi”? Jista’ jkun li din qatt ma ġietna f’moħħna, iżda jkun tajjeb li, għal sekonda, nieqfu u naħsbu li dan seta’ jiġri. Iva, seta’ jiġri għax it-tweġiba ta’ Marija lil Alla ma ngħatatx meta hi kienet barra minn sensiha, iżda tatha b’mod ħieles għall-aħħar. Minn hawn ġej il-mertu kbir ta’ Marija. Il-kunsens tagħha għandu siwi kbir, sewwasew għax setgħet qalet le. Dan hu l-istil ta’ Alla: jiswa biss dak li jsir b’mod ħieles. Jiswa dak li seta’ ma jsirx! L-“iva” ta’ Marija hi l-ogħla eżempju ta’ kif id-destin tal-istorja tħalla f’idejn il-bnedmin! L-umiltà ta’ Alla togħla sal-livell ta’ għażliet divini. Aħna mlibbsin b’dinjità li ma titkejjilx, tant li jekk immaqdru l-kariżmi tagħna nkunu qisna qegħdin nidgħu u nopponu l-ħidma ta’ Alla! Aħna l-għodod ipprivileġġati tad-dehra ta’ Alla, tal-Inkarnazzjoni, anki llum, anki hawn: «Ħa jsir minni skont kelmtek.»