It-Tnissil bla tebgħa ta' Marija - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Tnissil bla tebgħa ta' Marija
GĦAL ALLA M’HEMM XEJN LI MA JISTAX ISIR

Fil-festa solenni tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-liturġija tlaqqagħna mal-Madonna, li flimkien ma’ San Ġużepp u Ġesù nnifsu, hija waħda mill-protagonisti ewlenin tal-ġrajja tal-fidwa. Marija tidher quddiemna f’dak il-waqt li fih għarfet x’ried Alla mingħandha, u hi, għad li kellha d-diffikultajiet tagħha, baxxiet rasha u obdiet: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek.” Hi semgħet il-kelma u nisslet il-Kelma: “L-Iben ta’ Alla sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1:14). Is-silta ta’ Luqa turina li f’Ġesù kienu sa jseħħu l-wegħdiet li Alla kien għamel lil David. Il-Vanġelu jgħid ċar ukoll li Ġesù tnissel fomm, magħżula minn Alla qabel kull żmien, li hu ħelisha minn kull tebgħa ta’ dnub, saħansitra minn dak tan-nisel, u li mbagħad baqgħet verġni fit-tnissil u t-twelid ta’ Ġesù “għax għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir.” Lil din il-mara, Alla ħejjieha u għamilha l-isbaħ mara tal-ħolqien biex minnha jitwieled Ibnu magħmul bniedem. Dan jurina li s-salvazzjoni seħħet biss bl-inizjattiva ta’ Alla, għad li l-bniedem irid jagħti sehmu wkoll billi jilqa’ u jgħix ir-rieda ta’ Alla bħalma għamlet Marija.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content