It-Tnissil bla tebgħa ta' Marija Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Tnissil bla tebgħa ta' Marija Ċ
«DAK LI ĠARA LILHA FIL-ĠISEM, IRID JIĠRI FINA FL-ISPIRTU»
Fis-sewwa, aktar milli għaddielna xi ħaġa, il-bniedem il-qadim ċaħħadna minn xi ħaġa. Għaddielna natura li ma’ Alla bdiet fuq sieq ħażina, bil-loġika tas-suspett. Dan hu, bi kliem sempliċi, id-dnub tan-nisel. Eva, isem li jfisser “dik li tagħti l-ħajja”, fir-realtà tatna l-mewt. Il-bint, Marija, kienet il-kanal li minnu ġiet il-Ħajja vera li reġgħet tat ir-ruħ lill-umanità kollha. Bil-Ħajja malajr taqta’ l-pontijiet, biżżejjed tagħlaq il-bibien tal-qalb. Marija hija x-xbieha ta’ dik l-umanità li tgħix bl-«ammen», bil-fiduċja fil-kelma tal-Mulej. Hija hi l-vera “Eva”, li laqgħet l-Imħabba ta’ Alla li sar bniedem, u saret omm il-Ħaj u omm il-ħajjin kollha. Il-ħelsien ta’ Marija mill-waqgħa fid-dnub hu privileġġ uniku. Il-ħatra tagħha kienet ġest tal-providenza, mhux biex teskludi lill-oħrajn, iżda biex tinkludihom. Bl-aċċettazzjoni tagħha, l-istorja reġgħet infetħet bil-fiduċja għall-Kelma. Il-mertu veru ta’ Marija hu dak li biha l-grazzja bdiet tagħti l-frott. Hija u tgħożż il-kelma f’qalbha u tħares il-Kelma f’ġufha, Marija hi eżempju għalina: «dak li ġara lilha fil-ġisem, irid jiġri fina fl-ispirtu» hekk jgħallem San Girgor ta’ Nissa.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content