It-Tnissil bla tebgħa ta' Marija Ċ
ALLA JERĠA’ JIDDEFINIXXI L-LOĠIKA TAD-DINJA
Marija kollha kemm hi sabiħa titqiegħed quddiemna bħala mudell ta’ ħliqa li tilqa’ l-Kelma: u hi d-disponibbiltà tagħha, il-ħeġġa żagħżugħa, li ġabet fis-seħħ il-misteru tal-Inkarnazzjoni.
Alla jagħżel li jsir wieħed minna. Iżda jiddeċiedi li jibda minn irħajjel ċkejken u mhux magħruf fil-periferija. Periferija ta’ pajjiż, Israel, li hu fil-periferija tal-Imperu. Min jitwieled f’Nazaret għandu ġejjieni wieħed: jibqa’ hemm. Ebda possibbiltà ta’ ħelsien, ebda tmiem sabiħ, ebda opportunità reali, ebda alternattiva għal ħajja sempliċi u fqira, miżgħuda b’nuqqasijiet bla tarf biex wieħed jgħix. Alla jagħżel lil Nazaret. Aħna naħarbu minn Nazaret li ngħixu fiha. Iqisuha bħala l-bidu tal-falliment tagħna, ir-raġuni tan-niket tagħna. Nazaret tqasqsilna l-ġwienaħ, ma tħalliniex noħorġu u nidhru, u nuru min aħna. Jekk Alla jagħżel lil Nazaret bħala belt li minnha nitilqu biex insalvaw id-dinja, hu jaqilbilna l-mejda taċ-ċertezzi tagħna. Jerġa’ jiddefinixxi l-loġika tad-dinja. Sakemm ma nitgħallimx inħobb in-Nazaret tiegħi, nirrispettaha, nagħrfu l-preġji tagħha, ngħaddi ż-żmien ningħi minħabba x-xorti li ġagħlitni nitwieled f’din il-periferija eżistenzjali, f’din il-belt, ma’ dawn il-ġenituri, b’dal-ġisem, b’dawn il-limiti… Fil-loġika ta’ Alla, tal-għaġeb, li tħarrek mis-sisien, differenti, għolja, hi sewwasew minn Nazaret li tibda l-istorja. Anki dik tiegħi.