It-33 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-33 Ħadd matul is-sena B

ĠESÙ U L-GĦARFIEN

«Dwar dak il-jum u s-siegħa ħadd ma jaf meta sa jaslu, anqas l-anġli fis-sema, u anqas l-Iben; ħadd ħlief il-Missier.» Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi, anki dawk li ma jemmnux, jaqblu li dawn il-kelmiet jasu sewwasew sa Ġesù storiku. Ir-raġuni hi li l-għarfien li Ġesù ma jafx is-siegħa ma kinitx sa toħroġ bih il-komunità li riedet tixhed id-divinità ta’ Kristu. Tant li ried ikun hemm mottiv ta’ taħwid li kien jitlob tifsira u aktar ċarezza. Lil hinn mill-interess akkademiku tal-kustjoni, dan il-vers iqegħdilna quddiemna prospettiva għanja ta’ qari tal-Vanġelu tal-lum. Ġesù jaqsam magħna l-istess kundizzjonijiet quddiem il-fatti tal-istorja. Ma għandux il-kupjun f’idu, u bħala bniedem, ma jafx minn qabel kif sa jmorru l-affarijiet. Minn hawn, il-kliem tiegħu ta’ qabel fuq il-qari tas-sinjali taż-żminijiet jikseb valur aqwa, la l-ħidma tiegħu ta’ dixxerniment tal-preżenza ta’ Alla fl-istorja ma tiġix minn bonus ta’ għarfien, iżda mis-smigħ umli, minn ħajja spiritwali li hi miftuħa għalina wkoll u li Ġesù nnifsu jiftaħna beraħ huwa u jxandrilna l-għerf tal-qari tas-sinjali tal-istorja, fil-ħajja ta’ kuljum.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content